IL-HBIEB ISEJHU
April 2004 | Harga Nru. 4
52
-

 

+L-Iben t'Alla sar Bniedem

L-EDITORJAL

Meta l-Amerikani kienu qed jiggieldu ghall-Indipendenza, certu Wittman kien akkuzat bi spjunagg u kkundannat ghall-mewt.

Il-predikatur famuz Peter Miller sema’ bl-istorja u ddecieda li jitkellem f’isem Wittman biex forsi jibdlulu s-sentenza. Telaq lejn Philadelphia biex ikellem lil George Washington – il-President il-gdid – li hu kien jafu sew ghax trabbew flimkien. Kellu jaghmel vjagg ta’ 70 mil bil-mixi biex jiltaqa’ mieghu.

Washington ferah immens meta ra lill-habib ta’ tfulitu imma ftit li xejn seta’ jghinu:

“Jiddispjacini hafna imma ma nista’ naghmillek xejn. Hemm bzonn li l-Gustizzja tiehu l-kors taghha. Nibza li habibek ikollu jsofri l-konsegwenzi ta’ htijietu!”

Miller skanta lejn Washington:

“Habibi? Ghandek tkun taf li l-ikkundannat hu bniedem li lili ghamilli hafna hsara. Ipprova jtebbaghli ismi u giehi. Qal u kiteb kontra tieghi.”

“Mela ghalfejn gejt titkellem ghalih?” staqsa Washington.

“Ghax jien nisrani u l-Imghallem tieghi hekk ghamel fuq il-Golgota.”

Washington ha bixra serja:

“Ghaziz habib, la ghal ghadu tieghek imxejt 70 mil biex tghinu, jien ghandi nara x’nista’ naghmel biex nikkuntenta habib ta’ tfuliti.”

Ftit wara granet harget l-ordni biex tinbidel is-sentenza ta’ Wittman.


MID-DJARJU TA' DR A J CRONIN

Meta spiccajt il-kors ta’ tabib servejt ghal xi zmien l-isptar u mbaghad nqalghet okkazjoni li mmur sa l-Indja, fuq il-vapur Rawalpinder. Kont ser inkun it-tabib abbord.  Naturalment kien ser ikolli trattament specjali bhala tabib barra li kelli paga tajba u opportunità li nara l-Indja.

Waqt li konna qed nippreparaw biex insalpaw smajt diskursata bejn sinjura Ingliza u zewgha:

“Ara ftit dak il-bahri Indjan. Wiccu mcaftar u ghajnejh imgebbda.  Iktar ghandu mix-xadini milli minn nies.”

U zewgha dahak u qabel maghha.  Hassejt qilla go fija u xtaqt li nibda nghajjarha.  Ghax dan il-bahri deher habrieki u biezel.  Ghamiltha f’mohhi li nahrabha kemm nista’.  Nies bhal din kienu jitilfuli l-erre minn mil boghod.

Wasalna l-Egittu u waqafna ftit Port Said.  L-Egittu art meraviljuza mimlija memorji tal-passat.  Imma ahna ftit kellna cans induru ghax il-vapur ghamel biss waqfa zghira.  Tlajna minn hemm. It-temp kien verament sabih u jien kont qed inqatta’ hafna hin niggosta l-bahar, naqra u nitkellem mal-passiggieri.  Kienet qisha holma sabiha u mhux xoghol.  Izda jumejn jew tlieta wara li hallejna Port Said, gie hdejja l-bahri li semmejt fil-bidu u mieghu kellu zewg deck boys li dehru morda.

“Ma tantx jifilhu dott,” qalli.

Meta nvistajthom tbikkimt. It-tnejn kellhom is-smallpox – marda qerrieda li facilment issir epidemija. Fuq vapur b’elf u hames mitt passiggier, din l-epidemija jista’ jkollha konsegwenzi serjissimi b’mijiet ta’ mwiet.  Ma kellix ghazla ohra ghajr li ngharraf b’kollox lill-kaptan.

Dan immuta.  Fehem is-sitwazzjoni u ma kellux soluzzjoni.  L-iktar minhabba l-fatt li ried kwazi gimgha ohra biex jasal Colombu fejn seta’ jsib medicina biex jikkumbatti din il-marda.  (Ma ninsewx li qeghdin fl-ewwel snin tas-seklu 20 u l-mezzi ta’ komunikazzjoni ma kinux bhal-lum.)

“Ara x’ser nghidlek.  Ohloq lazzarett fuq il-vapur.  Hu zewg kmamar jew tlieta u isolahom mill-bqija tal-passiggieri.  Kull min hu sospettat indahhluh hemm.  L-importanti li ma nhallux il-passiggieri l-ohra jintebhu ghax joholqu paniku u nigu fi krizi kbira.”

Hekk ghamilna u nista’ nghid li qatt ma sibt koperazzjoni u ghajnuna minn hadiema daqs kemm sibt minn dak il-bahri li semmejt.  Kien jismu Hasan u sar qisu nurse.  Jiehu hsieb ta’ shabu.  L-ghada, it-tnejn saru sitta u l-pitghada hmistax. Kelli biza’ kbir li l-epidemija ser tinxtered mal-vapur kollu u kien baqghalna xi tlett ijiem biex naslu Colombu.  Imma l-prekawzjonijiet li hadna taw il-frott u n-numru ma baqax jikber.  Cert li minghajr l-ghajnuna ta’ Hasan ma kont qatt nasal li niehu hsieb dawn il-pazjenti kollha.

Fl-ahhar wasalna.  Hadt ir-ruh meta rajt il-passiggieri nezlin u qed jitbieghdu mill-vapur.  Issa konna fuq l-art u kien hemm il-medicina mehtiega jekk tinqala’ l-htiega.  Kif kont qed nistrieh fuq il-gverta, wara granet maghluq gol-lazzarett provizorju li konna ghamilna, nara riesqa lejja l-mara mimlija biha nnifisha li qaltli:

“Qaluli li dak il-bahri qisu xadin kien qieghed mieghek ghax ghalxejn ippruvajt nilmhu biex nidhak dahka ohra ma’ shabi!”

Dak il-hin xtaq nibda nballat fuqha b’sahhti kollha.  Xtaqt nghajjat u nghidilha li ma kienx  hu forsi hi gà marret fejn il-Hallieq taghha.  Harist lejha bl-ikrah u tlaqt ’l isfel ...naghti bil-ponn fuq l-injam tal-kabina.

L-apparenzi jqarrqu u quddiem Alla kulhadd hu prezzjuz.


DR CORONATO GRECH M.D. jibda artiklu dwar

IL-LOKI

Fost l-iktar invenzjonijiet importanti u utli li qatt saru imma wkoll fost l-iktar imwarrba, hemm dawk tal-loki (illum iktar insibuh bhala t-toilet) u l-affarijiet li ghandhom x’jaqsmu mieghu.  Minghajr il-loki, kieku il-hajja moderna kif nafuha – ta’ bliet u rhula kbar, toroq nodfa, djar u appartamenti fuq xulxin, nuqqas ta’ rwejjah u epidemiji, u iktar igjene – kieku dawn ma humiex possibli.  Illum din id-daqsxejn ta’ kamra u l-komunikazzjonijiet taghha, kull perit u disinjaturi ta’ kull xorta jridu jahsbu sew fiha, ghax, irridu jew ma rridux, kull fejn immorru jkollna nfittxuha, anke meta ntiru fl-ajru jew nohorgu fl-ispazju.  

Dan ghaliex ahna bhala kreaturi hajjin, irridu sors ta’ energija li ngibuha principalment minn dik kemikali ta’ l-ikel li huwa maghmul minn molekoli kkumplikati.  Fil-gisem dawn jigu mahduma, f’eluf ta’ reazzjonijiet kemikali, li jaghtu l-energija u l-materjal ghal funzjonijiet tal-hajja, bhal irritabilità, moviment u riproduzzjoni ecc.  Issa dawk il-kimici li l-gisem ma juzax, jew li ma ghandux iktar bzonnhom jigu eliminati ghal barra, priciparjament bhala ppurgar, awrina u gass.  Ghall-bijologista l-eliminazzjoni ta’ dan il-materjal mill-gisem hija importanti u normali daqs il-funzjonijiet l-ohra ta’ l-ikel, xorb u nifs.

Il-process ta’ l-eliminazzjoni, probabli minhabba l-proceduri stess kif ukoll il-prodotti disgustanti u rwejjah xejn pjacevoli, minn dejjem, f’kull socjetà, kienu process privat u suggett tabù (ta’ l-inqas jekk mhux f’cajt ribald).

Izda, hekk jew hekk, il-process ta’ l-eliminazzjoni jrid isir.  F’socjetajiet zghar u pastorali (inkluz Ghawdex sa nofs seklu ilu) dan ma tantx kien xi problema insuperabbli, mdawrin kif kienu bin-natura u bl-ezempji ta’ l-annimali madwarhom.

Meta n-nies ingabru f’socjetajiet kbar kellhom jizviluppaw sistemi ta’ drenagg, xi whud pjuttost avanzati: per ezempju dawk minn madwar il-1000 q.K. fi Krete u Mohengo-daro u Harappa (fl-Indja) kellhom sistemi ta’ kanali mghottija, latrini pubblici, banjijiet u f’xi nhawi anke sistema primittiva ta’ flaxxing.  Iktar tard Ruma wkoll kellha sistema tajba ta’ drenagg, latrini pubblici numeruzi (fis-sena 315 w.K. kien hemm 144 latrina) u banjijiet pubblici.  U dawn il-latrini u banjijiet kienu tassew pubblici ghax barra li ma kellhomx hitan divizorji, kienu jservu ta’ okkazjonijiet socjali (inkluz tahlit sesswali).  Biex jinhaslu jew jaghmlu xogholhom, ir-Rumani kienu jiehdu hin twil ipacpcu fuq kollox u sahansitra jaghmlu negozju.  L-imperatur Vespasjan (irrenja 69-79) kien ghamel taxxa fuq il-latrini.  Incidentalment ir-Rumani kellhom ukoll l-allat tal-loki, Crepitur u Cloacina, bil-bokka l-kbira tad-drenagg ta’ Ruma jsibuha ‘Cloaca maxima’.

Anke fil-Bibbja nsibu struzzjonijiet grafici hafna dwar l-indafa fil-kamp: “Ghandu jkollok post barra mill-kamp fejn tista’ tmur meta jkollok bzonn.  U zzomm bicca ghuda mal-ghodda tieghek u, meta titbaxxa, thaffer biha; u meta tqum tghatti l-hmieg tieghek.” (Dt 23, 13-14)

Imma mal-waqgha ta’ l-Imperu Ruman (fil-hames seklu, in-naha tal-Punent), l-Ewropa ghaddiet ghall-Era Mudlama fejn barra li naqas hafna l-gherf sekulari, nizel ukoll il-livell ta’ l-igjene.  U dan baqa’ sa zminijiet pjuttost ricenti, per ezempju bliet kbar bhal Parigi u Londra kienu litteralment jintnu bi drenagg f’forma ta’ semplici gandott miftuh ma’ genb it-triq u kulhadd jitfa’ fih, kultant mill-gholi!  Il-latrini kienu rari, per ezempju fil-1358 f’Londra kollha, b’popolazzjoni ta’ xi 3 miljun, kien hemm biss 4 latrini, waqt li fil-1858, il-Parlament Ingliz kellu jaghlaq ghal ftit minhabba r-riha fix-xmara Thames.  Mhux ghageb li mewgiet ta’ epidemiji ta’ mard, bhall-kolera u pesta, kienu vizitaturi spissi li kienu jkaxkru eluf ta’ vittmi fi zmien qasir.

(Dan l-artiklu jintemm fil-harga ta’ Mejju)


FORSI JINTERESSAWK

L-inkwiet

Jghidu li J Arthur Rank, producer tal-films kellu filosofija specjali dwar l-inkwiet. Darba stqarr:

Iddecidejt li meta jigi f’mohhi hsieb ta’ nkwiet innizzlu fid-djarju fil-jum ta’ l-Erbgha, u fil-granet l-ohra kollha tal-gimgha intajru minn mohhi u ma nahsibx fuqu. Tant li ghalija l-Erbgha sar il-jum ta’ l-inkwiet. Ghal sitt ijiem ma nahseb xejn fuqhom ghax il-hsieb dwarhom isir biss f’gurnata wahda. L-esperjenza wrietni li sa meta jasal il-jum ta’ l-Erbgha hafna minn dan l-inkwiet ikun irranga wahdu u l-ftit li jibqa’ nerga’ niktibhom ghall-Erbgha ta’ wara. Fi tmiem is-sena tintebah kemm hafna drabi tkun inkwetajt fuq hafna suggetti ghalxejn.”

Dun Gorg kien ihobb jghid ‘Hsieb ta’ dwejjaq mhux gej minn Alla ghax Alla taghna hu Alla tal-paci’.


Min jimxi b'ghajn ghal ghajn...

Ragel gie mqajjem bid-daqq ta’ telefon f’nofs ta’ lejl minn gar gdid li mar joqghod fl-istess blokk ta’ appartamenti. “Sikket dak il-kelb ghax hadli mohhi jinbah!”

Ir-ragel ma wegbux imma l-ghada fl-istess hin, cempillu lura u bil-kalma kollha qallu: “Habib, jien qatt ma kelli klieb!”  


Id-dinja post perikoluz. Kull min dahal fiha qatt ma hareg haj.


Dawl fuq muntanja

Kappillan tas-suldati intasab hdejn suldat ferut ghad li l-battalja kienet ghadha fl-eqqel taghha. Qaghad qribu jaghmillu l-kuragg u jghidlu li l-glied dalwaqt jintemm u hu jkun jista’ jittiehed l-isptar biex jiddewwa.

Hekk gara tabilhaq u meta kien l-isptar is-suldat baghat ghall-kappillan:

“Nixtieq insir nisrani ghad li sal-lum ghext bla Religjon.”

“U x’hajrek thaddan din ir-Religjon?”

“Religjon li thajjar lil min jghixha, jghin suldat midrub li hu ma jafux, f’nofs battalja qalila bilfors li ghandha qawwa ’l hemm minn dik umana u jien ukoll nixtieq inkun membru taghha.”

Jalla jien u int wkoll napprezzaw is-sabih ta’ din ir-Religjon. U nghixuha biex inkunu dawl ghal haddiehor.


Ghand il-mechanic

“Ghandi hoss fil-karozza. Nisimghu biss meta nkun ghaddej b’xi 100 kilometru fis-siegha.”

Wara li ezamina l-karozza, il-mechanic qallu:

“Dak il-hoss hu lehen il-Mulej biex ifakkrek li qed issuq izzejjed.”


Lura le

Zaghzugh Ingliz inqabad mill-Francizi waqt wahda mill-hafna glidiet li saru bejn dawn iz-zewg pajjizi. 

Il-general ried bilfors l-arma li kien juza. Imma s-suldat Ingliz qallu:

“Jien ma kellix armi f’idejja. Kelli biss tamburlin.”

Ir-risposta xejn ma ghogbot lill-general Franciz. “Ma nemmnekx,” qallu l-general.  “Doqqli irtirata fuq it-tamborlin u forsi nemmnek.”

“Fl-armata Ingliza ma jghallmuna qatt l-irtirata ghax ahna ma nemmnux li nistghu nitilfu,” wiegbu z-zaghzugh Ingliz.


AHSEB SEW

Xi whud jirragunaw hekk…

“U billi darba kull tant titlef il-quddiesa tal-Hadd!”
“U billi darba kull tant titlef l-erre u tibda tidghi!”
“U billi darba kull tant tara film hazin u oxxen!”
“U billi darba kull tant tixrob izzejjed u tisker!”

Tghid dawn hekk jirragunaw kieku jkun hemm is-salesman jghidilhom:    

“Ixtrih dan il-geyser... kwazi dejjem isahhan barra darba kull tant!

“Ixtriha din il-karozza imma darba kull xahar jew xahrejn ma taqbadx u ghal dak il-jum ikollok toqghod minghajrha.”

“Ixtriha din is-serratura... ghad li darba kull tant ma ssakkarx.”

Nammeettu li ahna dghajfin u facli naqghu.  Imma li niehdu ragun ghax waqajna ...qisu ghandna dritt nizbaljaw ….hekk le!


AHBARIJIET TA’ INTERESS

IZZEWGU

Maria Muscat ta’ Triq ir-Rabat lil Lawrence Grima (San Lawrenz).

Neville Vella ta’ Triq Guzè Ellul Mercer lil Pauline Cordina (Fontana).

Filwaqt li nawgurawlhom futur hieni flimkien, infakkruhom fit-talb.  Il-familja li titlob flimkien tibqa’ flimkien.


IL-LAQGHA TA’ MARZU

Kellemna Dun Raymond Portelli li kien ghal btala fostna.  Zejjen il-laqgha b’hafna esperjenza tal-missjoni tieghu fil-Perù.  Forsi l-aktar wahda friska hi ta’ l-isptar li fetah ghall-pazjenti ta’ l-AIDS.  Hi dar li tilqa’ fiha madwar 15-il pazjent u l-hsieb warajha hu ‘xi haga zghira ghal Alla’ - ghidut tal-Beata Madre Teresa.  Twaqqfet fuq tliet hsibijiet: li hadd ma ghandu jmut mahmug, minghajr l-ghajnuna medika bazika jew wahdu.  Mhijiex dar ta’ dwejjaq ghax hemmhekk ma hemmx l-istigma li dawn il-pazjenti jbatu fi sptarijiet Peruvjani ohra.  Hu l-post fejn twettaq dak li kien hemm fid-diska li semmalna – ta’ kantant Sudamerikan – li Alla hu verb mhux aggettiv.  Facli nitkellmu fuq l-imhabba, hafif tikteb diski dwarha izda difficli tghixha kuljum u ma’ kulhadd.  L-entuzjazmu hu importanti fil-hajja izda generalment dan ma jdumx.  Dak li tiehu pjacir taghmel fl-ewwel gimgha ...sas-sitt gimgha jdejqek.  Niftakru dak li hemm f’Mattew 25.  L-ezami finali ser isir fuq l-opri tal-hniena.  Alla ser jistaqsina fuq kemm ghinna lill-proxxmu.  Ftit jiswa jekk nitolbu jew naqraw il-Bibbja u nieqfu hemm.  Irridu nsarrfu kollox f’azzjoni.  Ir-Religjon hi verb mhux aggettiv.

Hajr lil Robert Borg – barman tal-kazin tal-Youngsters – tad-drinks li qassamna wara l-laqgha.  Tellajna rigal – hajr lil Raymond Muscat ta’ New York – li mess bix-xorti lil Barnaby Portelli ta’ Triq Hida.


STEDINA 

Ghal-laqgha ta’ Nhar is-Sibt 3 ta’ April 2004 fit-8.15 p.m. Peress li ser inkunu lejlet Hadd il-Palm ha tkun laqgha ta’ preparazzjoni ghall-Gimgha Mqaddsa.

Mela habib ejja int u hajjar lil shabek jigu wkoll.  Narawkom nhar is-Sibt ...fit-8.15p.m. wara l-ahhar Quddiesa fil-Parrocca.


EKU EVANGELIKU FI ZMIENNA

[Gesù qal:] “Ghalhekk jekk inti u tressaq l-offerta tieghek fuq l-altar, tiftakar hemm li huk ghandu xi haga kontra tieghek, halli hemm l-offerta tieghek quddiem l-altar u mur l-ewwel ftiehem ma’ huk, imbaghad ejja ressaq l-offerta tieghek.” {Mt 5:23-24}

Il-hajja ta’ Mary Ehrlichmann
nizlet f’abbiss ta’ niket
meta zewgha spicca maqtul
minn tliet hitchhikers.

Meta hassitha fl-aktar
fond tad-dwejjaq
kitbet ittra lill-qattiela ta’ zewgha.
Fost hwejjeg ohra kitbet:

'Jekk joghgobkom,
u qed taqraw din
sibu knisja x’imkien,
fejn tkunu wehidkom,
ergghu aqraw din l-ittra.

Kunu afu li Alla jahfrilkom -
imbaghad morru ’l barra
u ghamlu xi haga tajba
ghall-kumplament ta’ hajjitkom.

Liema kienet l-aktar esperjenza
li sibtha difficli biex tahfer?
Id-dnubiet ma jistghux jithassru
semplicement mahfura.

Igor Stravinsky


Mildred Hondorf, ghalliema tal-muzika minn Des Moines, Iowa tirrakkonta grajja li baqghet f’qalbha…

L-ISTORJA TA’ ROB

Qatt ma kelli xi genju muzikali fil-klassi tieghi ghad li kelli bosta studenti tajbin hafna. Izda studenti li ftit kellhom grazzja ghall-muzika kelli bosta. Robby kien wiehed minnhom. Kellu 11-il sena meta ommu (single parent) wasslitu ghall-ewwel lezzjoni tal-pjanu. Dejjem xtaqt li l-istudenti tieghi (b’mod specjali s-subien) jibdew f’età izghar, haga li ppruvajt infehemha lil Robby.

Izda hu wegibni li ommu minn dejjem kellha x-xewqa li tisimghu jdoqq il-pjanu.  Accettajtu u mill-ewwel mumenti ndunajt li kien ser ikun student impossibli.  Kellu hafna rieda izda xejn talent... ghalih it-ton u r-ritmu kienu hwejjeg ta’ barra minn hawn. Izda kull xoghol li kont naghtihom kien jaghmlu mill-ahjar li jista’.

Gerrbu x-xhur u hu kien jipprova u jistinka u jien kont nigdem ilsieni u nhabbel mohhi biex nsiblu nota tajba.  Wara kull lezzjoni, ta’ darba fil-gimgha, kien jghidli: “Ommi xi darba ser tismaghni ndoqq!” Kont qtajt qalbi minnu. In-natura ma kinitx hanina mieghu f’dak li ghandu x’jaqsam mal-muzika. Ommu qatt ma dahlet tkellimni. Kont insellmilha mill-boghod meta tieqaf twasslu jew tigbru bil-karozza qadima li kellhom. Dejjem tirritorna t-tislim izda qatt kliem.

Jum minnhom waqaf jattendi ghal-lezzjonijiet. Ghaddieli minn mohhi biex incempillu izda minhabba n-nuqqas ta’ talent tieghu, immaginajt li qabad triq ohra. Fil-fond ta’ qalbi hadt pjacir li ma giex aktar. Ma kienx reklam sabih ghat-taghlim tieghi.

Gimghat wara bghatt karta d-dar ta’ l-istudenti tieghi fuq il-programm muzikali li konna ser intellghu. Ma stennejtux lil Rob icempilli u jghidli li xtaq idoqq maghna. Bil-kalma kollha ppruvajt infissirlu li kien ghall-istudenti t’issa u mhux ta’ dawk li ma ghadhomx jattendu... bhalu! Wegibni li ommu kienet marida u ma setghetx twasslu izda kien ghadu jipprattika. “Miss Hondorf... ghandi bzonn indoqq!” insista.

Ma nafx x’gaghalni nhallih idoqq. Forsi l-persistenza tieghu nkella xi haga gewwenija li serrhitli rasi. Jum il-programm wasal. Il-gym imtela’ bil-genituri, ahwa, qraba u hbieb. Poggejt lil Robby fl-ahhar tal-programm qabel ma nohrog nirringrazzja lill-istudenti u tindaqq xi haga ta’ l-gheluq.

Hsibt li xi hsara li seta’ jaghmel stajt nirrimedjaha b’li nghid. Insomma, il-programm mexa harir. Ix-xoghol ta’ l-istudenti deher. Sakemm Robby tela’ fuq il-palk. Hwejgu kienu mkemmxa u xaghru mqanfed. ‘Kien messu libes bhall-ohrajn,’ hsibt. ‘Iva ommu anqas ratu gej ghal din is-serata?’

Pogga fuq il-banketta. Tani qatgha meta habbar li ser idoqq Concerto #21 in C Major ta’ Mozart. Izda ma kontx nistenna x’ser jigri wara. Subghajh kienu hfief itiru fuq il-pjanu, jizfnu fuq in-noti bojod u suwed. Bla tbatija kien ghaddej minn pianissimo ghal fortissimo, minn allegro ghal virtuoso. Anke lil Mozart kien jimpressjona! Qatt ma kont rajt lil hadd tamparu jdoqq daqshekk tajjeb lil Mozart. Wara sitt minuti u nofs spicca fi crescendo kbir u kulhadd kien fuq saqajh icapcap b’kemm kellu sahha.

B’ghajnejja mcajprin bid-dmugh tlaqt nigri u haddantu mieghi. “Qatt ma rajtek iddoqq daqshekk tajjeb Robby. Kif irnexxielek?” Minn fuq il-microphone wegibni “Miss Hondorf... tiftakar li kont ghidtlek li ommi marida. Kellha cancer u mietet dalghodu. U kienet twieldet ma tismax u ghalhekk il-lejla l-ewwel darba li semghetni ndoqq. Ridtha tkun esperjenza specjali!”

Ma kienx fadal ghajn xotta fis-sala. Kif in-nies tas-Servizzi Socjali kienu ser jehduh f’dar adottiva, indunajt li ghajnejhom ukoll kienu homor u bqajt nahseb kemm kien ghanihieli lil hajti meta dahal fiha.

Le, qatt ma ghallimt genju muzikali, imma dakinhar hassejtni l-istudenta ta’ Robby. Kien ghallimni xi tfisser tippersevera, thobb u temmen fik innifsek.  

U Robby! Robby miet fl-attakk bla sens li sar fuq Alfred P Murrah Federal Building f’Oklahoma f’April tal-1995.


> Mur lura ghall-pagna principali