----
IL-HBIEB ISEJHU
April 2003 | Harga Nru. 440
-

 

+L-Iben t'Alla sar Bniedem

L-EDITORJAL

Aktarx li hi leggenda imma fiha taghlima:

Telemachus kien ragel twajjeb... b’qalb tad-deheb.  Kien jghix fid-dezert biex fis-sikta u s-solitudni jisma’ ahjar lehen il-Mulej.  Izda sikwit kien ikollu vizti minn hbieb biex jitolbuh xi parir u biex jghinhom jurihom it-triq.

Darba xi hadd qallu li fil-belt ta’ Ruma qed ikun hemm amfiteatri mimlija nies jaghajtu ferhanin waqt li zewg irgiel ikunu jiggieldu ghall-mewt.  Qalbu ma felhitx u ddecieda li jhalli d-dezert biex jghid lil dawn l-eluf li ahna ahwa u ma nistghux ntemmu hesrem hajjet xulxin.

U Ruma sab dak li qalulu.  Dahal mal-folla fil-Kolosew.  U meta l-glieda kienet fl-eqqel taghha Telemachus harab ghan-nofs l-arena u mar bejn iz-zewg gellieda.  Ma riedx ihallihom jiggieldu.  Dawn warrbuh u tefghuh ma’ l-art biex ikomplu l-glieda.  In-nies ukoll bdiet tghajjat biex jitlaq ghax kien qed itellifhom il-gost kollu.  Imma Telemachus kien deciz li ma jhallihomx ikomplu.  U ghalhekk suldat resaq lejh u nifdu. U l-glieda tkompliet.

Imma meta n-nies intebhu li Telemachus kien dak ir-ragel twajjeb tad-dezert iddispjaciha bi shih.  Kienu jhobbuh.  Fehmu li kien halla hajtu biex jurihom il-bluha ta’ dawn il-glidiet.  U minn dakinhar hafna nies ma marrux iktar ghall-glidiet bejn il-gladjaturi.

Ta’ Ruma aktarx leggenda.  Imma ta’ Gerusalemm twettqet tabilhaqq meta n-Nazzarenu ssallab halli b’mewtu jghallimna li ahna lkoll ahwa ...ulied l-istess Missier.

Mewt Telemachus waqqfet il-glidiet bejn il-gladjaturi.  Jalla l-mewt ta’ Gesù ma tkunx ghalxejn ghalina.  Niftakru li Gesù lilna xtrana bi prezz gholi hafna.  Hallas ghalina b’demmu.  Biex jarana mifdija.  Ikun ghajb ghalina li ninsew din il-fidwa u nintelqu mal-kurrent tad-dnub u l-hazen.


PIT STOPS 2

Tentufiet li jhajruk taghmel pit stop fil-girja sfrenata tal-hajja

Amerikan kien ma’ martu f’Oberammergau biex jassisti ghad-dramm tal-passjoni li jsir fis-sajf ta’ kull ghaxar snin, u wara li spiccat is-serata dahal wara l-palk biex jitkellem ma’ l-atturi.  Peress li kien fotografu maghruf tawh l-opportunità jkellem lill-artist li hadem il-parti ta’ Kristu – Peter Lang.  Mhux biss kellmu imma xtaq li xi hadd jehodlu ritratt igorr is-salib li fuqu sar it-tislib.  Imma meta tefa’ s-salib fuq spalltu biex jippoza ghar-ritratt sab li s-salib kien tqil immens.

          “Kont nahseb li dan hu injam artificjali – kartapesta jew xi haga simili.  Qatt ma bsart li hu ta’ l-injam veru u tqil daqshekk.”

Lang wiegbu:

          “Jekk il-piz ma jkunx reali ma nkunx nista’ nahdem il-parti tajjeb.  Min jiehu l-affarijiet bis-serjetà ma jehux gost bin-nofs kedda.”  


Xi studenti staqsew lil wiehed bidwi mdahhal sew fiz-zmien:     

“Kemm domt tmur l-iskola?”

          “Skola mort erba’ snin imma ili nitghallem 70 sena!”

Ghax fl-ahhar mill-ahhar, il-hajja hi l-ahjar skola u miskin min ma jitghallimx mill-esperjenza taghha.  


Haddiem wegga’ sebghu l-kbir ta’ idejh u ghal xi zmien ma setax juzah ghax kien imfaxxat.  U semghuh jghid:

“Irrid inrodd hajr lill-Mulej anke ta’ dan l-incident.  Ghallimni kemm jiswa sebghi l-kbir.  Illum stess ghoddejt iktar minn 100 okkazjoni meta gejt bzonnu u ma stajtx nuzah.  Ahseb u ara kemm uzajtu f’dawn it-tletin sena li ili nahdem u qatt ma raddejt hajr lil Alla tieghu. Qatt ma apprezzajtu. “

Jalla ahna ma napprezzawx dak li Alla tana meta nitilfuh.  U dan ma jghoddx biss ghal subghajna l-kbir imma anke ghal dak kollu ta’ madwarna ...specjalment il-genituri.


Il-kelliem Albert E Aldrich jirrakkonta:

          “Graw f’jum wiehed.  Kelli nitkellem fi skola u s-surmast qalli: ‘Jekk jista’ jkun issemmix Bibbja u religjon halli ma toffendi lil hadd.’ 

U filghaxija kelli nkellem lill-grupp ta’ 800 habsi u d-direttur tal-habs qalli: ‘Tkellem fuq is-siwi tal-kmandamenti u tar-religjon u heggighom jaqraw il-Bibbja.’

Kultant jigrilna bhal dak il-bidwi li jibni l-gharix meta jkunu serqulu l-bettieh.


Ma tafux li l-gerrejja fit-tigrija kollha jigru imma wiehed jiehu l-premju?  Igru mela biex tehduh.  Kull min jissara, jiccahhad minn kollox imma dawk biex jiehdu kuruna li tidbiel, ahna kuruna li ma tidbielx - SAN PAWL (1 Kor 9, 24-25)


DR CORONATO GRECH M.D. itemm l-artiklu

FIEX WASALNA!

Informazzjoni: Dari t-taghlim li wara kollox ghal mijiet ta’ snin kien kwazi dejjem l-istess minn generazzjoni ghall-ohra, kien rari fost il-popli, li fil-bicca l-kbira, inkluz anke r-rejjiet u nobbli spiss kienu illitterati.  Il-kotba ma kinux komuni u kienu jiswew il-flus u ried ikollok xorti u cirkustanzi tajbin biex titghallem taqra u tesplora d-dinja akkademika.  Illum hawn kwazi l-oppost.  F’hafna postijiet l-edukazzjoni hija b’xejn ghal kulhadd sa dik terzjarja u iktar, waqt li b’daqqa ta’ swicc fuq kompjuter tikseb informazzjoni iktar milli tahseb fuq kull suggett.

Sport: B’xorti tajba llum il-piki u l-‘glied’ nizvogawhom fl-isport li huwa ferm iktar civilizzat minn dak tat-turnamenti medjevali fejn kavallieri kienu jiggieldu battalji ‘sportivi’ spiss imdemma (u bir-ragun ikkundannati mill-Knisja) jew il-glied tal-gladjaturi taz-zminijiet rumani li kienu jiggieldu bejniethom jew inkella ma’ xi annimal sal-mewt .  B’xorti tajba llum anke ‘sport’ mdemmi bhalma hi l-kacca u s-sajd naqsu sew f’pajjizna.  Barra wkoll li llum hawn hafna sport elettroniku u edukattiv ghat-tfal.  Madanakollu llum hargu hafna loghob virtwali li fih hafna vjolenza, li avolja virtwali imma jekk wiehed ikun espost hafna ghalih  isir insensittiv ghall-vjolenza reali – tnaqqaslu hafna mis-sens ta’ kompassjoni tant importanti biex nghixu ahjar ma’ xulxin.

Indicenza: Hawn min jitkaza bl-ghera specjalment tan-nisa hdejn il-bahar.  Però ta’ min jiftakar li l-Griegi kienu jaghmlu l-Olimpjadi bla hwejjeg, il-partecipanti kollha rgiel.  Li jfakkarna kemm illum l-mara f’hafna pajjizi saret ugwali mar-ragel (kif suppost) u tiehu sehem f’kull sport.  Illum ukoll in-nisa huma ugwali quddiem il-ligi, bil-vot ecc li dari anqas biss kienu joholmuhom.

Vjaggar: Fiz-zminijiet semplici u rustici ta’ dari hafna minn nies rari kienu jivjaggaw ’il boghod minn fejn kienu joqoghdu.  Id-dinja taghhom kienet ta’ dijametru ta’ ftit mili.  Illum bl-ivjaggar komdu u rhis hafna jivjaggaw minhabba xoghol jew biex ifittxu kundizzjonijiet ahjar, jew ghall-gost bhala turisti.  Illum bil-paga ta’ xahar persuna kapaci taghmel safra zghira u tara l-ghegubijiet ta’ postijiet ohra, li dari hadd ma kien johlomhom li jaghmel.

Intant dawn kienu xi ftit mill-punti ghaliex nahseb li minkejja l-ahbarijiet koroh, minkejja dawk il-Geremiji li jhabbru katastrofi imminenti nahseb li llum huwa l-ahjar zmienli tghix …jew forsi fil-futur, jekk jirnexxielna nahdmu sew ghalih!


Il-prezz tad-dnub thallsu dejjem il-qalb bid-dieqa.


FORSI JINTERESSAWK

Anqas ahna... ahseb ara HU

Ragel mar fejn patri qaddis u stqarr mieghu htijietu.  Meta spicca qallu:  

“Meta niftakar fi dnubieti nibza’ li l-Mulej ser iwarrabni minn quddiemu!”

Il-patri taptaplu fuq spalltu u qallu:

          “X’taghmel meta l-qmis titkemmixlek? Tarmiha jew tghaddiha biex terga’ xxiddha?  Hekk il-Mulej... meta ghemilna jkemmixna, jghaddina bil-grazzja u l-mahfra tieghu... u nergghu nidhru qisna godda.”


Bejn taghrif u esperjenza

Kien belti... liebes pulit u jilghabha li jaf hafna. Resaq lejn bidwi u b’arja ta’ wiehed li qara hafna staqsa:

     “Dak kif din il-baqra ma ghandhiex qrun?”

Il-bidwi tbissem, ha nifs ’il gewwa mill-pipa li kellu f’halqu u qallu:

          “Hawn hafna baqar li m’ghandhomx qrun.”

Il-belti sibel.

          “Qrajt hafna fuqhom ghad li qatt ma gejt fil-kampanja. Il-baqar kollha bil-qrun!”

Il-bidwi ma tilifx sabru:

          “Habib, ghidtlek li hawn hafna tipi ta’ baqar li m’ghandhomx qrun.  Hawn ohrajn li naqtghulhom il-qrun meta jkunu ghadhom zghar. Imma din li qed tara int ma ghandhiex qrun ghax inzertat debba!”

Fejn ma tifhimx ...tmerix!


Tattika

Is-sultan baghat ghal zewg habbara tal-futur u talabhom jghidulu x’hemm lest ghalih.

          “Int ser tara l-mewt ta’ wliedek u martek!”

Tant sahan is-sultan li baghtu ghall-mewt.  Meta gie t-tieni habbâr qallu:

          “Int ragel sewwa u l-Mulej ser jaghtik ghomor twil tant li ser tkun l-ahhar wiehed li tmut mill-familja tieghek.”

Tant ferah is-sultan li tah rigal sabih.

Qalulu l-istess imma kemm hu importanti li taghraf tpoggi l-kliem.


Ha nara ftit ...

Mrs Tenie Galdden tirrakkonta li meta zzewget kienet fqira izda ftit wara c-cerimonja taz-zwieg marret ma’ zewgha f’hanut tal-hwejjeg u ppruvat libsa sabiha ta’ gharusa.  Meta s-salesgirl kienet qed tikkumplimentaha Tenie qaltilha:

          “M’iniex bi hsiebni nixtri ghax flus ma ghandix.  Imma ridt ’il zewgi jintebah kif kont inkun nidher li kelli nkun sinjura.”

Is-salesgirl dahket imma fehmet u bil-kalma poggiet il-libsa fejn kienet bit-tama li lil min toghgob darba ohra jkollu bwietu iktar mimlija.


Risposta

Darba George Jeffreys (magistrat Ingliz) iltaqa’ ma’ ragel li kien ra fil-Qorti u messu bil-ponta tal-bastun:

          “Fit-tarf tal-bastun hemm halliel!”

          “F’liema tarf sinjur... tan-naha tieghi jew tieghek?”


AHBARIJIET TA’ INTERESS

IL-LAQGHA TA’ MARZU

Kellemna Dun Raymond Portelli li kien fostna ghall-btala mill-parrocca tieghu f’Iquitos, il-Perù.  Peress li l-laqgha kienet wara Ras ir-Randan ghamlilna hsieb fuq dan iz-zmien specjali fil-kalendarju tal-Knisja.  Ir-Randan ghandu jkun zmien li fih naghmlu pawsa mentali li fiha nahsbu ftit f’liema direzzjoni miexja hajjitna.  Kultant l-attivitajiet ta’ hajjitna ma jhallulniex cans li naraw ftit fejn ahna sejrin.  Dan hu zmien ideali li fih naraw jekk ahniex qed nitilfu l-iskop ta’ hajjitna u ningarru mill-kurrent.  Kultant sew li naghmlu ftit bhalma kien jghallem il-Beatu Gorg Preca billi nahsbu ftit fuq il-mument ta’ mewtna mhux biex naqghu fi hsibijiet koroh izda biex naghmlu ezami tajjeb tal-kuxjenza.  Hemm bzonn li niftakru li s-sagrificcji huma attwali llum daqs jew aktar milli kienu qabel.  Ghad li bosta meta jisimghu b’din il-kelma mohhhom imur fuq xi cahda minn xi haga li jhobbu hemm tip iehor ta’ sagrificcji li fih tibda taghmel xi haga tajba li qabel ma kontx taghmel bhal tisma’ quddiesa kuljum.  B’hekk tidra taghmel xi haga tajba li qabel jew ma kontx issib hin jew forsi kont aljenat biex tiskopri l-importanza taghha.  U dan kollu jsir biex inzidu l-fiducja f’Alla.  Meta n-nisrani jkun kapaci jintreha ghal kollox fil-providenza t’Alla jsib li jghix hajja ferm aktar shiha.  Hasra li bosta drabi nippruvaw naghmlu minn kollox biex tghaddi taghna meta jekk nintelqu fil-pjan providenzjali t’Alla nsibu li hajjitna tkun ferm aktar mimlija u sabiha.

Hajr lil Robert Borg – barman tal-kazin tal-Youngsters – tad-drinks li qassamna wara l-laqgha.  Tellajna video tal-musical ‘Tama li Rebhet’ li ghamilna l-Milied li ghadda.  Tela’ fih Corey Attard ta’ Triq it-Tigrija.


AQRA BIL-MOD ...U AHSEB

Fid-dinja jezistu tliet kwalitajiet ta’ nies:

...dawk li jahdmu biex l-affarijiet jitbiddlu,

...dawk li jibqghu b’idejhom fuq zaqqhom jixtiequ li l-affarijiet jitbiddlu,

...dawk li la jixtiequ li l-affarijiet jitbiddlu u anqas jintebhu meta jitbiddlu.

Il-Mulej jibghatna fid-dinja biex

...inwasslu messagg,

...inkantaw ghanja ta’ farag,

...inwettqu opra ta’ karità,

li hadd hliefna ma jista’ jaghmilhom.


SNAPSHOTS

Stejjer u fatti mill-hajja biex tahseb ftit fuqhom

Dr Charles Townes rebah il-premju Nobel

ghax-xoghol tieghu fuq il-laser.

Hsieb importanti fl-izvilupp ta’ dan id-dawl

gieh meta kien bilqieghda fuq bank ta’ park.

Kien qed ihares lejn ir-raggi tax-xemx

Fuq il-ward tal-gnien.

L-Istorja turi li bosta skoperti xjentifici

saru b’kumbinazzjoni.

 

Anke l-insara xterrdu minn Gerusalemm

ghax kienu persegwitati.

Marru s-Samarija u ppriedkaw lis-Samaritani

l-ghedewwa mahlufa tal-Lhud.

 

Jekk inharsu lejn hajjitna

naraw bosta okkazjonijiet

li nahsbu li huma kumbinazzjoni

izda li wara zmien nintebhu

li kienet il-bizzilla tal-Mulej

qed tahdem f’hajjitna.

 

Boloh ahna meta naqtghu qalbna.

Ahna naraw biss dak li hemm fil-wicc.

Alla jaf aktar minna x’nehtiegu.

 

Il-Beatu Gorg Preca kien ihobb itenni:

“Hsieb li jinkwetak mhux gej minn Alla.”

Din il-fiducja jrid ikollna f’Alla.

Dak kollu li hemm f’hajjitna mhux b’kumbinazzjoni.

Xi darba ghad nifhmu li l-Mulej qed imexxina.


L-email ta’ l-astronawta ftit sighat qabel mietet fid-dizastru tal-ispace shuttle Columbia nhar is-Sibt 1 ta’ Frar 2003

Laurel Clark minn Racine, Wisconsin kienet tabiba fis-submarines tan-Navy Amerikana qabel ma marret tahdem man-NASA fl-1996.  Nizlet fil-qighan tal-bahar qabel ma ttajret fil-bahar infinit tas-sema fl-ispace shuttle Columbia.  Din l-omm ta’ tifel ta’ 8 snin kienet fuq l-ewwel missjoni taghha meta l-Columbia ddizintegrat fis-sema ta’ fuq Texas.  Jum qabel l-ghibien taghha, Laurel baghtet email lill-familjari u lill-hbieb.  Wara l-ahbar ta’ mewtha donnha hadet xejra ohra.

          “Hello mis-sema ta’ fuq is-sabiha dinja taghna.  Minn hawn fuq tara sbuhija ta’ l-ghageb.  Ninsabu fuq missjoni sabiha hafna u tghidx kemm ghandna esperimenti xjentifici x’naghmlu!  Sibt dan il-ftit hin biex niktbilkom bix-xewqa li din tasal sa ghand dawk kollha li naf u li nhobb.

          “Rajt xeni meraviljuzi: sajjetti fuq il-Pacifiku, l-Aurora Australis tixghel l-orizzont kollu bid-dehra ta’ l-Awstralja fuq in-naha ta’ isfel, in-nofs qamar jinhbielna wara d-dinja, il-wesghat watja ta` l-Afrika, il-muntanji tar-ramel ta’ Cape Horn, xmajjar jintisgu qalb muntanji gholja, il-feriti li ghamlet l-umanità, il-linja tal-haja li taqsam il-kontinent Amerikan minn fuq sa isfel.  Il-Muntanja Fuji tidher daqsxejn ta’ gundalla minn hawn fuq izda xorta tispikka.

          L-ewwel jum li tirna fuq Lake Michigan stajt nara car hafna lil Wind Point (Wisconsin).  S’issa qatt ma kont daqshekk ixxurtjata.  Kull orbita tiehu rotta kemmxejn differenti.  Hafna hin inkun fl-iSpacehub u ma tantx ikolli lok li naghti titwila ghal isfel.  Izda kull darba li nhares nitpaxxa bis-sbuhija.  Anke l-kwiekeb jidhru iktar leqqiena.

          Kemm-il darba rajt lil habibi Orion.  Hija sfida biex tiehu ritratti lid-dinja izda hi esperjenza li minnha titghallem hafna.  L-ahhar jumejn nahseb li rnexxieli niehu xi ritratti sbieh hafna.  Nispera li huma cari.

          Il-vista tieghi marret xi ftit lura kemm ili hawn fuq, ghalhekk tehdux qatgha jekk fuq xi ritratti jew filmati rajtuni b’nuccali.  Inhossni xxurtjata li qieghda hawn nirraprezenta lil pajjizi u naghmel esperimenti xjentifici mperrca fuq l-irkejjen kollha tad-dinja.  Irnexxielna naghmlu hafna minn dak li kellna pprogrammat ghad li f`sitwazzjoni mhux normali bhal dawn kultant ikollok tahdem bis-sulluzzu.  F`uhud mill-esperimenti rnexxielna sahansitra mmorru ‘l hemm minn dak prevvist.  Uhud minnhom lesti minn kollox u llum ser nibdew iehor.

                L-ikel kien tajjeb hafna u bdejt inhossni komda f`dan l-ambjent gdid u totalment differenti.  Iddum ftit iktar biex tiekol billi l-gravità ma tghinx lill-ikel jinzel fl-esophagus.  Hi sfida kontinwa biex ma thallix il-livell ta’ ilma go gismek jonqos b`mod allarmanti.  Peress li l-likwidu ta’ gisimna jitla’ go rasna qatt ma thossok bil-ghatx.  Nirringrazzjakom ta’ kemm waqaftu mieghi u ma’ l-avventuri li hlomt bihom matul is-snin.  Din zgur li taqlibha lill-ohrajn kollha.  Nixtieq ferm li jirnexxielkom thossu l-energija pozittiva ahna u nittajru fuq l-ghaziza pjaneta taghna.  

Love to all, Laurel”


IL-BIBBJA HI L-UNIKU KTIEB LI L-AWTUR TAGHHA HU PREZENTI KULL META TINQARA.


> Mur lura ghall-pagna principali