|
Dun Karm Caruana |
|
50 ANNIVERSARJU
Min hu l-Kan. Caruana? Ghaliex il-Kan. Caruana ghadu jigbed lejh din l-attenzjoni
kollha? Dan is-sacerdot
habrieki halla warajh patrimonju ta' hidmiet u hsibijiet, frott tat-tlugh
u nzul mal-mewg tal-hajja mqanqla tieghu. Kien l-ewwelnett sacerodt skond il-qalb tal-Knisja.
Kien bniedem ta' principji sodi.
Dun Karm kien mimli zelu, studjuz, kapaci, kittieb tajjeb,
storiku, hassieb, surmast, moralista mill-ahjar u fuq kollox bniedem
habrieki, jindahal ghax-xoghol imqar iebes u sacerdot b'qalb tad-deheb.
Predikatur u oratur maghruf li kull min kien jisemghu kien
jinhal b'dak li kien jghid. Kellu
fommu tad-deheb, fejn dawk li kienu jafu u jirrispettawh kienu b'xi
mod ixebbhuh ma' l-Isqof San Gwann il-Patrijarka ta' Konstantinopli
li kien maghruf ghal priedki tieghu u ghalhekk in-nies ta' zmienu
kienu laqmuh il-Krizostmu, jigifieri "Fommu tad-Deheb"
minhabba l-hlewwa u l-qawwa tal-predikazjoni tieghu. Kif kiteb tant tajjeb fuqu l-habib tieghu, l-Baruni Kelinu Vella
Haber, li ghadu mimli bl-ghomor, fejn sthajlu bhal djamant li dwaru
jinghad "id-djamant jghix ghal dejjem!" Il-Kan. Caruana kien jigi t-tieni fost disa' ahwa.
Il-genituri tieghu kienu Salvu u Marija mwielda Camilleri.
Il-familja Caruana kienet toqghod ftit passi 'l boghod fejn
twaqqaf dan il-monument f'giehu, fil-bidu ta' Triq San Gwann, numru
1, tmiss ma' Triq Xandriku. Gie mghammed dakinhar stess li twieled
fit-18 ta' Mejju 1883, mill-Kappillan Dun Gwann Camilleri.
Ix-xewqa tieghu kienet li jkompli jistudja barra izda
ma sab 'il hadd ighinu jsiefer biex ikompli l-istudji, u ghalhekk
huwa ntefa' fuq xoghol pastorali. Infatti
nsibuh ghal xi zmien jghallem it-Teologija Morali fis-Seminarju ta'
Ghawdex. Erba' snin wara, f'Novembru 1911, lahaq ir-raba' Vicendarju
tar-rahal tal-Ghasri. Kien
ghalihom mhux biss bhala missier spiritwali, izda hadem u stinka
kemm felah biex itejjeb il-qaghda socjali mwiergha tal-merhla tieghu
kemm individwalment u kemm kollettivament.
Dam l-Ghasri ghaxar snin, sal-11 ta' Jannar 1922, meta rega'
lura n-Nadur. Mis-sena 1926 sal-1937 kien ic-cerimonjier per eccellenza tal-kapitlu tan-Nadur. Nhar it-12 ta' Gunju 1937 ha l-pussess bhala Kanonku tal-Kolleggjata tan-Nadur. Insibu li mis-sena 1929 kien prokuratur tal-Fratellanza tad-Duluri; wiehed mill-membri tal-Ghaqda ta' San Vincenz ghall-ghajnuna tal-foqra li kienet twaqqfet fin-Nadur fis-sena 1935; u Assistent-Ekklesjastiku ghaz-zghazagh ta' l-Azzjoni Kattolika fejn tant kien jahdem u jistinka fost iz-zghazagh. Nafu li ta' kull gimgha kien jitla' Malta biex barra li jaghti xi konferenzi kien iqarar ghal sighat twal fl-Azzjoni Kattolika ta' fejn kien ikun.
Il-Kan Caruana miet fl-etą ta' 72 sena fid-dar
tieghu fil-15 ta' Jannar 1956.
Il-funeral sar l-ghada filghodu lejn il-Kolleggjata fejn kien
hemm konkorrenza kbira ta' nies. Wara
c-cerimonja funebri, gie mehud lejn ic-cimiterju tan-Nadur fejn gie
midfun fil-qabar tal-Kappella. Fit-testment
tieghu huwa ftakar fil-knisja tal-Ghasri li baqa' jsejhilha Il-Knisja
tieghi, u fost
affarijiet ohra, hallielha l-kalci tieghu.
Fis-sagristija ta' din il-knisja hemm pittura kbira tieghu u,
fl-istess rahal, fis-sena 1989 giet imsemmija triq ghalih, Triq
Dun Karm Caruana - Benefattur 1883-1956. Hekk ukoll il-Kunsill Lokali tan-Nadur fis-sena 1997,
ha hsieb li fost diversi toroq ohra tissemma triq ghal dan
il-kittieb tassew bravu. Kien
xieraq li ahna n-Nadurin inwaqqfu mafkar f'gieh dan l-ewwel storiku
u kittieb Naduri. Il-Kan. Dun
Karm Caruana kien tessew patrijott kbir Naduri li kien jixraqlu li
jinghatalu dan il-gieh u rispett kbir biex kif kemm il-darba
tennieli l-habib taghna Dun Mikiel Attard, "Fl-ahhar isir
gustizzja mieghu". Kienet lejliet il-festa ta' l-Imnarja, 28 ta' Gunju
1998 meta gie inawgurat il-monument tal-bronz mahdum mill-iskultur u
bronzar Joe Chetcuti, li gie imwaqqaf fil-bidu ta' Triq Xandriku.
Dan sar ftit passi biss 'il boghod mid-dar fejn il-Kan.
Caruana twieled, ghex u miet. Il-kxif
sar minn Dun Mikiel Attard, filwaqt li t-tberik sar mill-Isqof, Mons.
Nikola G. Cauchi. Il-habib
antik tieghu, il-Baruni Kelinu Vella Haber, qara poezija li kiteb
ghall-okkazjoni filwaqt li jiena ghamilt id-diskors. Kittieb ta' bosta kotba
Fil-1936 ippubblika l-ewwel zewg kotba tieghu bl-isem
ta' "Il-Quddiesa mfissra fiha nnfisha u fic-cerimonji taghha"
u "L-Aqwa devozzjoni ta' zminijietna". Fil-1938 ippubblika
tliet kotba ohra, "L-Eccessi tal-Hniena tal-Qalb ta' Gesł
ma' kull xorta ta' Midinbin", "Il-Hniena tal-Qalb
ta' Gesł", u "Tnax-il Siegha Adorazzjoni mehudin mill-Vangelu."
Fil-1945 ippubblika s-sitt ktieb, "Il-Muftieh wahdani tal-Genna
jew Il-Qrar" u sena wara fil-1946 ippubblika s-seba u t-tmien
ktieb, "Ic-Centru tar-Religjon jew il-Prezenza Reali ta'
Gesł Sagramentat." u "It-Termometru tar-Religjon jew
il-Qima tad-Dar ta' Alla."
Fil-1948 ippubblika d-disa u l-ghaxar ktieb, "Il-Muftieh
Messagg ta' l-akbar htiega u ta' l-akbar Fejda ghal zminijietna jew
il-Messagg ta' Fatima" u
"Tnax-il Siegha Adorazzjoni fuq il-Madonna."
Fil-1953 ippubblika l-ewwel storja storika tan-Nadur li jigi
l-hdax il-ktieb tieghu, "In-Nadur u t-Tempju tieghu Monumentali."
L-ahhar ktieb, it-tnax il-wiehed,i gie ppublikat fil-1955'
"Gesł Kristu huwa l-wahdani Bniedem-Alla." Xi whud minn dawn il-kotba nsibu li kienu gew
ippubblikati t-tieni u t-tielet edizzjoni.
Ghalkemm kull ktieb li kiteb fih wiehed x'jaqra u x'jimmedita,
l-aktar li baqa' msemmi kien ghal dak li jittratta fuq in-Nadur u t-Tempju
tieghu, li din is-sena jaghlaq 50 sena mill-pubblikazjoni tieghu.
Kien l-ewwel ktieb li nkiteb fuq l-istorja tan-Nadur u fuq l-knisja maestuza tieghu. Min jaqra dan il-ktieb ghandu jintebah bil-patrijottizmu kbir u qawwi tieghu lejn rahal twelidu u dak kollu li jmiss ma' din il-gholja. Ghalkemm ma kellux il-mezzi kollha necessarji li xjentifikament hemm bzonn li ktieb storiku ghandu jkollu, izda ghamel hiltu kollha biex wasslilna dan il-ktieb li diversi studjuzi ohra ghamlu uzu minnu. Min jaf meta kont ghadni daqxejn ta' tfajjel kemm-il darba qrajtu u flejtu kif ghadni naghmel sal-lum. Sincerament nghid li l-ewwel xrar tan-nar ta' rispett u mhabba lejn din il-Gholja tan-Nadur li ahna tant inhobbu, dan nafu l-ewwel u l-aktar lil Kan. Dun Karm Caruana minhabba dan il-ktieb storiku tieghu. Il-Kan. Caruana l-ewwel storiku Naduri,
Min jaqra dan il-ktieb jinduna li verament mhux xi
ktieb xjentifiku kif l-istudjuzi ta' l-istorja jixtiequ llum. Izda
hija verita li ma jmerija hadd, li ghal bosta snin serva ta' taghrif
kbir ghal dawk kollha li xtaqu jkunu jafu xi ftit dwar l-istorja
tan-Nadur u l-knisja tieghu. Il-Kan. Caruana kien sacerdot tassew gharef, qatt ma
studja kif ghandu jdomm xjentifikament ktieb ta' storja.
L-imhabba li kellu ghan-Nadur gaghlitu jaghmel dan u minkejja
l-faqar li kien jghix fih, kif rajna rniexxielu jistampa tnax-il
ktieb. Huwa kellu hafna
fatturi kontrieh. Jekk wiehed
jara dan kollu jinduna bis-sagrificcji li ghamel biex ippubblika dan
il-ktieb ta' storja. Dan gie
pubblikat fl-ahhar snin ta' hajtu lejn Ottubru-Novembru 1953, tliet
snin qabel ma miet fl-etą ta' 72 sena.
L-ikbar diffikulta li kellu, barra finanzi, kien in-nuqqas
ta' dokumenti parrokkjali u dawk tal-Kurja gewwa Ghawdex.
F'dawk iz-zminijiet ir-registri u dokomenti ohra kienu
jinzammu fid-dar tal-Kappillan u mhux fl-ufficcju tal-parrocca.
Mas-superjuri ma tantx kellu relazzjonijiet tajba.
Ghalhekk gie michud milli jara d-dokumenti li xtaq jara
f'Ghawdex. Izda mhux
hekk gara gewwa Malta fejn kellu diversi hbieb.
Fil-bidu tal-ktieb tieghu fil-"Keltmtejn
liz-Zghazagh Nadurin" huwa jistqarr umilment dan li gej:
"Il-gnus kollha jistqarru l-imhabba lejn il-pajjiz fejn
twieldu. Din hija haga
sabieha, nobli u qaddisa. Dan
is-sewwa hajjarni biex inrawwem ktejjeb fuq il-grajja tant tan-Nadur
kemm tal-knisja taghna tant ghaziza lin-Nadurin kollha. Dan il-ktejjeb swieli xoghol u studju iebes u kbir.
Barra li qrajt il-manuskritt:
"Il Gozo antico e moderno" tal-Kan. Agius De
Soldanis, il-"Guide to Gozo" tas-Sur J.E.H. Gatt;
l-erba' volumi tal-Favre, "Storja ta' Malta u Ghawdex",
qallibt ukoll il-manuskritti li jsemmu l-grajjiet ta' Ghawdex,
specjalment dawk li jirrigwardjaw in-Nadur, tant fil-Kurja u
fil-Katidral ta' Malta, kif ukoll fil-Kapuccini tal-Furjana u
fis-Segreterija ta' Ghawdex. Qrajt
ukoll il-Ferris." Bizzejjed nghidu li l-aktar dokument importanti li
huwa ghamel uzu minnu kien jinsab l-arkivju tal-Kattidral ta' Malta,
meta l-Isqof Davide Cocco Palmeri qata' f'daqqa l-erba' parrocci
fosthom dik tan-Nadur fit-28 ta' April 1688.
Ghamel uzu minnhom kif kien jaf hu.
Izda fil-fatt stinka u hadem biex jara d-dokomenti kollha li
kien jaf bihom. Qabel ma
kiteb dan il-ktieb wettaq dmiru ta' studjuz li kien. Izda l-Kan. Caruana kien josserva dak kollu li kien
jigri madwaru u ghalhekk kiteb l-istorja ta' zmienu. Hu ddiskriva tant tajjeb mhux biss ir-rahal tan-Nadur izda l-knisja
monumentali tieghu. Ta
dettalji kollha kif inbniet il-knisja.
Kieku ma kienx hu hafna mit-taghrif kien jintilef u jintesa. Kien jaf jaghti d-dettalji kollha li kienu jigru
f'zmienu. Wiehed irid jkun
gust mal-Kan. Caruana kif sejjahlu l-istoriku Malti, Patri Alexander
Bonnici OFM conv., fit-tieni volum tieghu "IN-NADUR, Grajjiet
Kolleggjata u Bazilika Imxebilkin fil-Hajja Socjali ta' Ghawdex."
bhala "Kan. Karm
Caruana: L-Ewwel
Storiku tan-Nadur."
Rigward kittieb ta' storja l-Kan. Caruana ma joqghodx
hdejn Patri Bonnici. Izda
meta Patri Bonnici kien qieghed jikteb iz-zewg volumi tan-Nadur stqarr
li l-ktieb tal-Kan. Caruana kien dejjem miftuh quddiemu.
Dan naraw ghaliex barra li jikkwotah diversi drabi, insibu li
fl-ewwel volum ghamel referenza ghalih fil-footnotes 27 darba u fit-tieni
47 darba ohra. Patri Bonnici fid-dahla ta' l-ewwel volum jikteb hekk:
"Fil-qasam ta' l-istorja, l-akbar gieh haqqu li jinghata
lill-Kan. Dun Karm Caruana, li stampa l-ktieb "In-Nadur u t-Tempju
Tieghu Monumentali". Sincerament, jien ssahhart wara dan il-ktieb, specjalment
ghall-hila deskrittiva ta' l-Awtur.
Hu qala' b'mod haj hafna n-Nadur ta' zmienu.
Imma Caruana ma kellux dokumenti bizzejjed f'idejh biex
jistudja l-imghoddi tan-Nadur."
Hawn naraw li ghalkemm il-Kan. Caruana
ma kienx storiku kbir ta' l-imghoddi izda kien zgur STORIKU
KBIR TA' ZMIENU. Nafu
li nkitbu hafna kotba storici ta' zmienhom minghajr l-ebda referenza
wahda u ghadhom sal-gurnata tal-lum jigu kkowtati ghal-awtenticitą
taghhom. Ghalkemm il-Kan. Caruana qatt ma tghallem kif jikteb ktieb storiku billi jnizzel
ir-referenzi tal-kwotazzjonijiet li jkun qieghed jikkwota, insibu li
ghamel tliet referenzi fejn huma forma ta' spjegazzjoni aktar milli
ta' referenza. Nafu wkoll li
semma aktar minn semplici tliet kotba.
Barra dawk li digą semmejt insibu li ghamel uzu minn Abela
Ciantar, "History of Malta" ta' Debono,
"History of Man in Malta" ta' Dr. Laferla,
"Malta Cananea" ta' Annibale Preca, u ta' Patri Pelagju.
Izda l-aktar li kkwota kienu z-zewg kotba ta' l-istoriku
maghruf Ghawdxi, il-Kan. Gian Piet Frangisk Agius De Soldanis fejn
jaghmel referenza ghalihom ghal aktar minn 40 darba. Minn dan il-ktieb storiku, jiena sejjer nikkwota biss
id-dedika li l-Kan. Caruana niseg fil-bidu ta' dan il-ktieb: DEDIKA Kif ukoll jien hadt hsieb biex fil-Kolleggjata-Bazilika tfakkar dan l-aveniment importanti fl-istorja taghha billi ghal festa ta' l-Imnarja, tellajna daqsxejn ta' wirja fin-nicca ta' l-istatwa titulari. F'din il-wirja fost l-ohrajn kien hemm il-bust tal-gibs tal-Kan. Karm Caruana li huwa kopja tal-monument tal-bronz. Mieghu kien hemm esebiti xi manuskritti u kopja tal-ktieb storiku. |
|||
|
|
|||