Memorji
tal-Karnival Spontanju tan-Nadur
jikteb
Joe Said
Minkejja
l-guh u l-ghaks ta' dari, in-nies tan-Nadur minn dejjem kienu jsibu
zmien bizzejjed biex, bil-galbu, jizzablu u jitbahardu fiz-zmien
tal-Karnival. Iz-zmien ta' dan it-tbahrid u ta' dawn il-bluhat, kienu
jibdew minn kmieni f'Jannar. L-ilbies tal-maskarati fiz-zminijiet l-imghoddija
ma kinux hlief qomos u xkejjer imqattghin, imgezwrin ma' gisem
il-maskarat. Dawn il-maskarati ta' dari ma kienx ikollhom xi maskra bhal
ma naraw illum, imma kellhom biss ghamad tax-xkejjer jew xi carruta,
b'zewg toqbiet ghall-ghajnejn u ohra ghall-halq. Dawk il-maskarati li ma
kinux jilbsu xi ghamad f'wicchom, kienu icappsu wicchom bl-irmied jew
bin-nugrufun, b'tali mod li ma kinux jistghu jinaghrfu.
Fil-Karnival
ta' dari fin-Nadur kien ikun hemm diversi kumpaniji, kollha bil-pika
bejniethom min minnhom kien kapaci jigbed l-akbar folol ta' nies warajh.
Il-hsejjes li kienu jaghmlu dawn il-kumpaniji ma kinux il-jazz tal-lum
imma kellhom strumenti bhal tanbur, robboba, orgni ta' l-idejn u t-trepied.
Maz-zmien imbaghad dahlu l-kastanjoli u l-kitarra, xi minn daqqiet ukoll
iz-zaqq. Dawn il-kumpaniji barra li kienu jduru mat-toroq tan-Nadur bin-nies
taghhom, kienu jiehdu l-karru taghhom quddeim xi hwienet maghrufa dak
inhar, li kienu jkunu frekwentati minn hafna nies. X'hin jehilsu minn
hawn, fl-ahhar kienu jiltaqghu fil-pjazza u jdawruha hemm, fost l-ghors
u l-briju ta' nieshom li kienu jkunu jistennewhom bla sabar.
Ghal
kuntrarju ta' rhula ohra f'Ghawdex, in-Nadurin dejjem zammew dan
il-folklor haj u minghajr mittiefes. Ghad li llum l-attivita' fin-Nadur
ghadha zzomm il-folklor ta' dari, bdew jigu mijiet ta' maskarti minn
kull naha t'Ghawdex u anke ta' Malta jitlajjaw ma' Triq Dicembru 13 u
dahlu uzanzi godda moderni. Dahlu l-maskri makabri u dawk ta'
pesonalitajiet politici internazzjonali (dawk ta' Malta mhux permess
bil-ligi).
Ricentament wiehed kien jinnota hafna varjetajiet
ta' kostumi
u suggetti karnivaleski ohra, bhalma huma zewg maskarati fuq rota gholja
10 piedi, karru migbud minn ghaxar angli u ghaxar xjaten, maskarati
tas-serje televiziva "Group One Medical" u matul il-Gwerra tal-Golf
kien hemm armata ta' madwar 40 suldat b'tankers u b'missili! Anke l-insib
ta' l-ghasafar gie mfakkar, u wiehed kien jista' jara mansab komplut kif
ghandu jkun. Ta' kull sena wiehed jara jippassigga lil Gorbachov,
Clinton, Thatcher, Bush u Sadam Hussein. Il-lista ma tispicca qatt.