Maritime Museum

 
 

L-uniku Muzew Marittimu f’Ghawdex  
…frott 72 sena hidma mill-fundatur Kelinu Grima  

intervista ta' Tonio Bonello

Kemm Ghawdxin jafu li f’art twelidhom jezisti Muzew Marittimu mill-aktar interessanti?  Nahseb li ftit ghajr in-nies li joqghodu fil-lokalita tan-Nadur.  Ahseb u ara kemm-il Maltin jafu b’dan il-post prestigjuz!  Dan kien l-iskop ta’ zjara li ghamilt f’dan il-Muzew fejn hemmhekk kelli l-opportunita niltaqa u nitkellem, proprju mal-fundatur ta’ dan it-tezor, Kelinu Grima.

Kelinu llum ghandu 85 sena u ilu jghaqqad il-kollezzjoni tieghu sa minn meta kellu 12-il sena.  Dan ifisser li l-kollezzjoni li nsibu f’dan il-Muzew tmur lura ghal kwazi tliet kwarti ta’ seklu. Kollezzjoni li fi kliem Grima stess, illum hi stmata li tiswa l-miljuni tal-liri, ghalkemm fil-verita, kollezzjoni li lilu finanzjarjament, ma swietu assolutament xejn, hlief ghaqal dwar kif kien jirnexxilu jakkwista affarijiet li dak li jkun kien itihomlu bhala tifkira.

Staqsejt lil Kelinu dwar kif nibtet l-idea tal-Muzew Marittimu u kif irnexxielu jiddobba tant affarijiet storici u prezzjuzi b’xejn!


Qabel xejn wiehed irid jiftakar li hawn fuq, in-Nadur hu msemmi sew ghall-bahar.  In-numru ta’ bahrin li kienu jghixu f’dan ir-rahal kienu jiffurmaw aktar minn nofs il-popolazzjoni.  Illum ma ssibx bahrin izjed hawn.  Kollha marru l-Amerika u saru sinjuri.

Kien minn dan ir-rahal li nibtet l-ewwel imhabba tieghi lejn il-bahar.  Nista’ nghidlek li l-vapuri u l-bastimenti tal-gwerra minn dejjem affaxxinawni, sa minn eta ckejkna.  Erhili jien u xi ohrajn shabi, ma’ l-ewwel cans li kien ikolna ninzlu lejn Malta u mmorru l-Port il-Kbir naraw x’hemm gdid. 

Nghidlek is-sew, meta kien hawn tan-NATO x-xoghol kien miexi tajjeb u kont nakkwista bosta affarijiet izda meta dawn telqu, rajt kif dort ghal affarijiet ohra u bdejn nipprova naghmel hbieb godda mill-gdid.

L-ewwel persuna li kont sirt naf kien l-Ammiral Cecil.  Dan, meta wrejtu bix-xewqa li naghmel kollezzjoni zghira ghalija tani l-ghajnuna kollha li seta’, tant li aktar tard kien baghatli nofs l-affarijiet li kien hemm f’Villa Portelli fil-Kalkara, u li llum jinsabu esebiti hawnhekk.  Il-kumplament kien qassamhom kollha.

Zmien wara mbaghad gie fluku l-Kmandant Duffet li kien responsabbli minn Sant’Anglu.  Kont bdejt immur sa hdejh sakemm ftit ftit sirna hbieb ukoll.  Darba  niftakar kont tlabtu biex itellaghli bandiera ensign fl-arblu ta’ Forti Sant’Anglu, proprju ghaxart ijiem qabel ma telqu l-Inglizi minn Malta.  Dan kien tant gentili li fil-fatt tellaghli din il-bandiera ghal tlett ijiem shah.  Illum l-istess bandiera taghmel parti minn din il-kollezzjoni.

L-ghar nistqarr li wasal meta telqu l-Inglizi ghalhiex hemmhekk verament ma kellix aktar fuq min indur u allura bdejt, jew nikteb inkella nittallab min fuq il-vapuri u niehu r-ritratti jien stess. Nista’ nghid li sal-lum ktibt xejn anqas min 4,000 ittra waqt li fil-kollezzjoni fotografika ta’ vapuri ghandi mal-15,000 ritratt.

Hawn eluf ta’ affarijiet hawn gew, izda li kieku kelli nistaqsik liema huma dawk l-aktar tliet oggetti li ghandek ghal qalbek, x’tikkummenta?

Fost dawn, nahseb li l-aktar tlieta ghal qalbi hemm l-epulette ta’ Lord Mountbatten, bicca njama li kienet tifforma parti mill-bastiment HMS Victory, kif ukoll ittra li Sir Winston Churchill kien kiteb u li fuqha hemm il-firma tieghu.  Ha naghti spjega fil-qosor ta’ dawn it-tliet oggetti.

L-epulette ta’ fuq l-ispalla ta’ Lord Louis Mountbatten kien baghatuli hu stess ftit jiem biss qabel qatluh.   Din hi partikulari hafna ghall-fatt li l-ebda epulette ta’ l-Ammiralli ma jkollha indikazzjoni ta’ xi re jew regina, waqt li din fil-fatt ghandha.

Din l-epulette ghandha wkoll zewg numri li jissinifikaw ir-re jew regina li kienu jahkmu fi zmienu.  Probabbli kienet inghatatlu hekk ghax kien jigi mill-qrib tar-re jew ir-regina ta’ zmienu u ghalhekk hi unika, apparti l-pregju li fiha li hi ta’ Lord Mountbatten.  Unika anki ghall-fatt li minnha tnejn biss seta’ kien hawn, jigifieri din u ohra.  L-ohra aktarx tinsab ghand xi hadd qrib tieghu hafna.

Haga ohra kienet frott zjara li jien kont ghamilt fl-Ingilterra ghax baghtu ghalija minn Portsmonth biex immur nara x’hemm.  Fil-fatt mort u kienu laqghuni tajjeb hafna.  Sahansitra kienu nizzluni fuq submarine u qaghdu jispjegawli kif kienet imqassma kull rokna tieghu. Kien minn hemm li tghallimt x’kien u kif jiffunzjoni submarine. 

L-istess Kaptan kien tellaghni wkoll fuq l-HMS Victory li hemm fuq l-art u nista’ nghidlek li wara diversi tentattivi kien irnexxieli nipperswadih biex jibghatli tifkira zghira ta’ dan il-bastiment.  Fil-fatt kien weghdni li se jibghatli bicca njama li tifforma parti mill-bastiment u li fuqu eventwalment kien miet il-Vici Ammirall Lord Nelson.  Ma temminx jekk nghidlek li sakemm gejt lura Ghawdex, insib li din il-bicca njama kienet diga’ waslet hawn.

L-ahhar haga li fl-opinjoni tieghi ghandha valur kbir hi ittra li Sir Winston Churchill kien kiteb u li fuqha hemm l-istess firma tieghu.  Din ukoll ghandha storja twila u interessanti marbuta maghha izda hu impossibbli li f’intervista relattivament zghira nidhlu fid-dettal ta’ kull ma wiehed f’dan il-Muzew. 


Kelinu, inti llum ghandek l-eta sabiha ta’ 85 sena.  X’qieghed taghmel illum, kif tghaddi l-gurnata tieghek, u ghadek tinzel Malta meta jidhol xi bastiment?


Nista’ nghidlek li ghalkemm il-kollezzjoni tieghi tajtha lill-Knisja, sa llum ghad m’iniex b’idejja fuq zaqqi.  Bqajt nahdem f’dan il-qasam ghax ghandi hafna kuntatti u l-korrispondenti lili jafu.  Hbieb ghandi minn madwar id-dinja kollha; fil-fatt ghandi ma’ l-20 korrispondent, sahansitra mill-Indja u bqajna nibaghtu r-ritratti lil xulxin.

Illum saret difficli min-naha tieghi li ninzel daqshekk spiss Malta, kemm ghax ma tantx ghadni f’sahhti u wkoll ghaliex tmur sal-Port il-Kbir sar itik li tibki tarah vojt.  Dari kont ninzel Malta bejn sitta u tmien darbiet fix-xahar.  Issa qieghed immur forsi darbtejn biss fix-xahar.  Saqajja m’ghadhomx ituni izda ghall-grazzja t’Alla sibt wiehed mill-pilots tal-vapuri vera hanin u qieghed iwassalni bil-karozza tieghu minn u lejn Putirjal kull meta niddeciedi li nasal wasla s’hemm.

Bhalissa li qed naghmel hu li meta nkun nista’ nsiefer.  Ghadni kemm gejt minn cruise, mort sal-Grecja u hadt hmistax-il film.  Lanqas biss inzilt jew mort l-eskursjonijiet, ghalkemm hallast ghalihom.  Kont noqghod fuq il-poppa tal-vapur u kull bastiment li nara diehel jew hiereg, erhili niffotografah.

Hemmek storja ohra.  Tiskanta, barra l-port ikun hemm mal-50 vapur jistennew kuljum biex jidhlu, imbghad tigi hawn u ma ssib assolutament xejn.  Nahseb izda li r-raguni ewlenija ghal dan hi li l-Grecja hi bil-wisq orhos minn hawn u fil-fatt lanqas min ikun qed jistenna barra l-port ma jhallas.  L-Olanda l-istess u l-Portugall ukoll, mimlijin bil-vapuri.  Ghalhiex Malta le?


Kelinu, l-ahhar mistoqsija.  X’se jigri minn dan il-Muzew Marittimu wara mewtek?


Mistoqsijqa interessanti.  Jien tfal m’ghandix izda lanqas ma ridt li dan il-wirt storiku kollu jintilef hekk wara mewti.  Kif diga’ ghedtlek, iddecidejt ghalhekk li nhalli kollox lill-Knisja kif fil-fatt ghamilt, bil-patt li kollox jibqa’intatt kif inhu.  Fl-istess hin bil-flus ta’ l-entratura, il-Knisja jkollha ftit tal-ghajnuna wkoll.

Hawnhekk ftahnieh fl-20 ta’ Gunju 1999.  Domna erba’ snin nahdmu wahedna, jien u l-Arcipriet biss biex ghamilna dan ix-xoghol kollu izda ghall-grazzja t’Alla lestejnieh ukoll.  Hadd ma gie tana daqqa t’id izda l-importanti hu li dak li kellna naghmlu ghamilnieh.  Fost l-ohrajn wahhalna mat-300 arma tal-bronz veru.  Dan biex tara x’wirt prezzjuz hawn hawnhekk.

Dakinhar tal-ftuh ahna ghamilna stedina lil mistednin specjali waqt li l-ghada zammejnieh miftuh biex seta’ jidhol kull min ried minn dan ir-rahal minghajr hlas.  Ghalhekk nista’ nghidlek li kull min hu minn hawn, kulhadd kellu l-opportunita li japprezza dak lkollu li hawn gew.

Il-Muzew Marittimu Kelinu Grima jkun miftuh kuljum fil-hinijiet normali matul il-gurnata u jinsab vicin il-Basilika tan-Nadur.